Qorti

Immultat €2,500 talli bidel in-“number plates”

Raġel ta’ 25 sena ġie mmultat €2,500 mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera u sospiż milli jsuq għal sena talli biddel in-“number plates” tal-karozza tiegħu. Jonathan Mangion mill-Birgu ammetta li f’Ġunju tas-sena l-oħra waħħal fuq il-karozza Mitsubish, “number plates” li kienu ta’ karozza Toyota Dyna. 

Huwa ammetta li saq karozza bin-numru ta’ identifikazzjoni xorta oħra minn dik mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport Pubbliku. Huwa ammetta wkoll li saq il-Mitsubishi mingħajr liċenzja u polza tas-sigurta’. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.