L-anzjani u l-qraba tagħhom se jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom dwar is-servizz li jingħataw l-anzjani fi djar residenzjali tal-gvern u privati fuq helpline li twaqqaf apposta. In-numru tal-helpline huwa 8007 2367.
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita u l-Anzjanita’ Justyne Caruana intqal ukoll li l-anzjani u l-familji tagħhom jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom fuq l-email address elderlyhomes-complaints.mffs@gov.mt
Caruana spjegat li l-awdituri tas-Segretarjat Parlamentari jistgħu jinvestigaw biss kazi fid-djar tal-gvern u fi djar ohra privati fejn il-gvern ghandu ammont ta’ sodod ghall-anzjani. Huwa d-Direttorat tas-Sahha biss li ghandu d-dritt li jidhol fi djar privati tal-anzjani biex ikompli jsegwi l-ilmenti li jidhlu.
Mistoqsija liema huma l-ilmenti l-iktar komuni li jitressqu dwar is-servizz li jingħata fid-djar tal-anzjani, is-Segretarju Parlamentari qalet li dawn jiffokaw l-iktar fuq l-ikel li jingħata u abbużi fiżiċi minn persuni li huma responsabbli mill-kura li tingħata lill-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari qalet ukoll li x-xahar ta’ Ottubru se jkun iddedikat għall-anzjani b’numru ta’ attivitajiet indirizzati għalihom. B’rabta mal-persuni b’diżabilita, Justyne Caruana ħabbret li ħarġet espressjoni ta’ interess għal djar żgħar fil-komunita għal persuni b’diżabilita bil-mira tkun li sa tmiem din is-sena jkunu nfetħu tlitt idjar.
//= $special ?>