Irriżenja l-Prim Ministru Libjan, Abdullah al-Thinni, f’pass ikkalkulat biex tintemm it-taqbida għall-poter li ilha tirranka għall-ġimgħat fil-Libja.
Intant, il-Kabinett Libjan irriżenja wkoll bl-iskop li l-Parlament elett ikun jista’ jagħżel Gvern ġdid li jkun aktar inklussiv minn ta’ qablu. Kelliema għall-Kabinett qalu li r-riżenja saret skont ir-regoli Kostituzzjonali tal-Libja u biex il-kamra tar-Rappreżentanti tkun tista’ tifforma Gvern li jibbaża fuq l-entitajiet kollha tas-soċjeta.
Thinni kien ilu Prim Ministru Libjan minn Marzu, u bis-sorsi fi Tripli jgħidu li ‘ma teżisti l-ebda konflitt bejnu u l-Kamra tar-Rappreżentanti’ . Fil-fatt, Abdullah al-Thinni qed jissemma bħala ‘l-kandidat li għandu jifforma l-Gvern li jmiss tal-Libja’.
//= $special ?>