Mara u tlett itfal ittieħdu l-isptar Mater Dei, wara li l-karozza li kienu fiha inqalbet u spiċċat f’għalqa fil-Mellieħa.
Il-Karozza tat-tip Toyota Liteace kienet misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti il-Mellieħa stess. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:20 fi Triq il-Manikata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieqa u t-tlett itfal l-isptar Mater Dei fejn hemmek ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Jidher li kawża ta’ dan l-inċident inġema’ ħafna traffiku fl-inħawi.
Ritratt : The Malta Police Force
//= $special ?>