Lokali

Minn flimkien kollox possibli jdur għal Malta tagħhom ilkoll

“Jien lil Joseph Muscat nafdah għax iwettaq dak li jwiegħed” Dan kien kliem il-kantant William Mangion f’wieħed mill-filmat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali u biex iwassal il-messaġġ tal-Labour kien anke fuq billboards.

Iżda sena u erba’ xhur wara dak li kien imqabbad jagħmel mill-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, William Mangion ma wettaq xejn. Bħala endorsement waqt il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista, sena ilu William Mangion kien ippremjat b’kuntratt ta’ sena biex isib post fejn bands lokali ikunu jistgħu idoqqu u jipprattikaw. Għaddew sena u erba’ xhur u William Mangion għadu jfittex dan il-garaxx għall-bands Maltin !

Il-Ħamis filgħaxija fuq Radio 101, waqt il-programm, iljieli sajfin, ippreżentat minn David Thake, William Mangion kien ikkuntattjat biex jagħti ‘ftit’ ir-reazzjoni tiegħu dwar x’qed jiġri eżatt minn dak li kellu jwettaq.

Minn dak li qal fuq Radio 101, William Mangion jidher li sab post, dwaru tkellem mal-Gvern u qed jiġi kkunsidrat jekk hux post vijabbli jew le. Iżda mhux kemm wieħed jgħid li sibt post, għaliex l-affarijiet huma kkumplikati aktar minn hekk kompla jgħid il-kantant

Is-sena l-oħra, kif kien rrapurtat anke fuq The Malta Independent, William Mangion kien qal li l-prijorita m’hix li jinstab l-ispazju fejn isiru l-provi ! Filwaqt li qal li qed jaħdem fuq kwistjonijiet oħra.

Iżda dan il-ġurnal jistaqsi kif jista’ jkun li jinstab dan il-post għal bands mhux il-prijorita’ meta hu kien imqabbad direttament minn Joseph Muscat biex propju jsib dan il-post?

William Mangion qal wkoll li n-nies m’hemmx għalfejn ikunu nfurmati b’kollox f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol li tqabbad jagħmel hu!

Wieħed irid ifakkar li William Mangion ingħata din il-kariga b’kuntratt ta’ €20,000 fis-sena li skont hu biex issib garaxx mhux biżejjed għax hu dejjem ħallas it-taxxi wara kollox. Jiġifieri qisu ried jgħid li ħaqqu wara 25 sena jħallas it-taxxi jingħata kumpens żgħir!

M’għandniex xi ngħidu għall-ħatra ta’ William Mangion, ir-reazzjoni fix-xena mużikali, kienet waħda negattiva li għadha ġġib kritika sal-lum aktar u aktar għaliex dan is-sempliċi post għadu ma nstabx!