Diversi persuni kienu arrestati mill-Pulizija u mistennija jitressqu fil-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li nqabdu fil-pussess tad-droga.
Fi stqarrija, il-Pulizija fissret li wara ġimgħat ta’ osservazzjoni u investigazzjoni mill-Korp dwar suspett ta’ traffikar ta’ droga, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti minn membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU) u minn oħrajn tad-Distrett, ilbieraħ wettqet operazzjoni fejn saru tfittxijiet f’diversi stalel fi Triq is-Sirkin u Triq it-Tiġrija, il-Marsa.
Matul dawn it-tfittxijiet, instabet sustanza suspettata li hi droga erojina, kokajina u anke raża tal-kannabis li lkoll kienu f’pakketti żgħar lesti sabiex jiġu traffikati.
Il-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera kienet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
//= $special ?>