Futbol Sport

Polza diffiċli għall-holders Sevilla

Sevilla se jkollhom bżonn jissuperaw grupp diffiċli jekk iridu jiddefendu l-Europa League dan l-istaġun. Il-klabb Spanjol li rebaħ il-finali kontra Benfica bil-penalties, rebaħ dan l-unur għat-tielet darba f’disa’ snin.
Madankollu kellu polza diffiċli biex jasal sal-fażi tan-knock-out meta spiċċa fi Grupp G flimkien mal-Belġjani ta’ Standard Liege, l-Olandiżi ta’ Feyenoord u l-klabb Kroat ta’ Rijeka.

L-ebda klabb qatt ma rebaħ it-tieni l-akbar kompetizzjoni tal-klabbs fl-Ewropa aktar minn Inter li ttellgħu fi Grupp F fejn it-tim ta’ Walter Mazzarri se jiffaċċja lil Dnipro, Saint Etienne u Qarabag.

Grupp H jidher li hu l-aktar wieħed diffiċli b’Lille jiltaqgħu kontra Wolfsburg, Everton u Krasnodar.

Napoli li wkoll fallew iċ-Champions League, se jkunu qed jiltaqgħu kontra Sparta Prague, Young Boys u Slovan Bratislava fi Grupp I u l-ewwel esperjenza ta’ Mauricio Pochettino fl-Ewropa ma’ Tottenham se tieħdu kontra Besiktas, Partizan u Asteras Tripolis waqt li Villarreal telgħu kontra Borussia
Moenchengladbach, Zurich u Apollon.
Il-poloz kollha kienu dawn>
Grupp A – Villarreal, Borussia Monchengladbach, Zurich, Apollon
Grupp B – Copenhagen, Club Brugge, Torino, HJK
Grupp C – Tottenham, Besiktas, Partizan, Asteras Tripolis
Grupp D – Salzburg, Celtic, Dinamo Zagreb, Astra
Grupp E – PSV, Panathinaikos, Estoril, Dinamo Moscow
Grupp F – Inter, Dnipro, Saint-Etienne, Qarabag
Grupp G – Sevilla, Standard Liege, Feyenoord, Rijeka
Grupp H – Lille, Wolfsburg, Everton, Krasnodar
Grupp I – Napoli, Sparta Prague, Young Boys, Slovan Bratislava
Grupp J – Dynamo Kiev, Steaua Bucharest, Rio Ave, Aab.
Grupp K – Fiorentina, PAOK, Guingamp, Dinamo Minsk
Grupp L – Metalist, Trabzonspor, Legia Warsaw, Lokeren