Mara ta’ 79 sena minn Marsaxlokk tinsab f’kundizzjoni kritika wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq iż-Żejtun, f’Marsaxlokk stess.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-8.30am, meta l-mara kiene qed issuq il-karozza tagħha, tat-tip Fiat, minn Bir id-Deheb lejn Marsaxlokk. Kien f’dan il-ħin, li għal xi raġuni, il-vettura baqgħet dieħla f’karozza tat-tip Toyota li kienet ipparkjatha fiż-żona.
L-anzjana ttieħdet minnufih l-isptar Mater Dei, fejn ġiet ċertifikata li qed tbati minn ġrieħi ta’ natura gravi u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bil-każ. Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>
