Internazzjonali

Jaħrab għax iħoss li ħajtu tinsab fil-periklu tal-mewt

Il-Prim Ministru ta’ Lesotho, Thomas Thabane, ħarab lejn l-Afrika t’Isfel għax qed jallega li ‘ħajtu tinsab f’periklu’. Dan fost allegazzjonijiet li l-armata wettqet kolp ta’ stat fil-pajjiż Afrikan tan-Nofsinhar u b’Thabane jinsisti li ‘lest jirritorna biss f’pajjiżu ladarba hu jkun ċert li mhux se jinqatel’.

L-aħħar rapporti minn Lesotho fissru s-sitwazzjoni fil-belt kapitali ta’ Maseru bħala ‘kalma’ wara li s-suldati kienu ħatfu kontroll ta’ diversi bini prinċipali.