Raġel ta’ 27 sena mill-Mosta kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara li l-karozza li kien qed isuq inqalbet hekk kif ħabtet ma’ ħajt tas-sejjiegħ.
L-inċident seħħ xis-12.45pm, fi Triq Bur il-Kbir, fil-periferija tas-Siġġiewi.
Ir-raġel irnexxielu joħroġ minn ġol-vettura mingħajr għajnuna, iżda xorta ttieħed l-isptar Mater Dei.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijet tagħha dwar il-każ.
//= $special ?>

