Grupp ta’ 37 atleti Maltin li jsofru minn diżabilta’ intellettwali, ilu xhur twal jitħarreġ biex bejn id-19 u l-21 ta’ Settembru li ġej dawn iz-zghazagh iħallu pajjiżna u jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics Ewropej li din is-sena se jsiru fil-Belġju – fil-belt ta’ Antwerp.
Dan l-istazzjon żar lis-sitt għawwiema li għaddejjin b’taħrig intensiv u l-aħħar preparamenti biex ikunu fl-aħjar forma possibbli. Malta se tippartecipa f’diversi dixxiplini f’dawn l-Olimpjadi Specjali, fosthom fl-ghawm.
Waħda mill-kowċis ta’ dawn is-sitt żgħażagħ Maltin, Christabel D’Amato, spjegat l-importanza mhux biss tat-taħriġ fiżiku imma wkoll l-edukazzjoni li qed jingħataw dawn l-għawwiema.
Tkellimna wkoll ma’ tnejn mill-għawwiema, Jonathan Borg u Charmaine Mifsud li ddeskrivew l-aħħar xhur ta’ taħriġ bħala intensivi, imma tahrig li fl-aħħar mill-aħħar daħlu għalih b’serjeta’ għaliex jagħtihom sodisfazzjon.
Wieħed jista’ jsegwi l-progress tal-atleti Malti u jikseb iktar informazzjoni dwar l-Ispecial Olympics Group fuq il-grupp ta’ Facebook bl-isem “Special Olympics Malta”.
Il-bżonn ta’ dan il-grupp jibqa’ dejjem dak ta’ iktar voluntieri li jgħinu lill-kowċis professjonali biex iħarrġu u jgħinu fl-iżvilupp ta’ dawn iż-żgħażagħ Maltin.
//= $special ?>

