Lokali

Serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi

Skont sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit, jidher li seħħet serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi, proprju fil-lejl li fih il-Parroċċa tiċċelebra l-festa titulari tagħha dedikata lil Konverżjoni ta’ San Pawl.
Is-serqa nvolviet numru ta’ oġġetti tal-fidda li kienu f’post li seta’ jintleħaq faċilment, speċjalment minħabba li l-Knisja bħalissa tinsab miftuħa bħala parti mill-programm tal-festa.

Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ u bħalissa għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.