Iċ-Champion renjanti tal-MotoGP Marc Marquez rebaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone li kien wieħed ferm eċċitanti biex kiseb il-11-il rebħa minn 12-il tiġrija dan l-istaġun.
Is-sewwieq tal-Honda li għandu 21 sena ssupera lir-rebbieħ tas-sena l-oħra Jorge Lorenzo tal-Yamaha bi tliet dawriet għat-tmiem u qasam il-linja finali 0.732 ta’ sekonda biss quddiem.
Is-sewwieq l-ieħor tal-Yamaha Valentino Rossi temm fit-tielet post wara li rreġista għal sfida qawwija ta’ Dani Pedrosa tal-Honda.
Marquez sar l-ewwel sewwieq li qatt rebaħ 11-il tiġrija fi staġun sa minn żmien Rossi fl-2005 u b’hekk patta ftit għat-telfa li ġarrab fil-konfront ma’ Lorenzo fl-aħħar dawra ta’ Silverstone is-sena l-oħra.
Wara din ir-rebħa l-Ispanjol Marquez issa għandu total ta’ 288 punt b’Pedrosa fit-tieni post b’199 u Valentino Rossi t-tielet b’189 punt.
//= $special ?>

