Kunsilli Lokali Lokali

Birdlife Malta bi tħassib serju dwar it-tħassir ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

“M’hu qatt ġustifikat li wieħed jorbot prezz mad-demokrazija. Minn naħa l-oħra l-argument dwar l-għejja tal-votanti jaqa’ meta wieħed jeżamina l-persentaġġ għoli ta’ Maltin li joħorġu jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali”.

Kien dan il-qofol ta’ stqarrija maħruġa minn Birdlife Malta b’reazzjoni għal proċess ta’ konsultazzjoni li nieda l-Ministru Owen Bonnici sabiex jiġi diskuss it-tħassir ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sas-sena 2019. Proċess li Birdlife Malta ħeġġet lil kullħadd biex jieħu sehem fih u jgħati l-veduti tiegħu hekk Birdlife Malta staqsiet jekk id-demokrazija mhux ser tkun il-prezz li bih jinżammu kuntenti l-kaċċaturi.

Birdlife Malta fl-istqarrija saħqet li t-tħassir ta’ l-elezzjonijiet huwa biss attentat biex iħarbat il-proċessi demokratiċi stabiliti u attentat biex il-poplu jiġi skoraġġit milli jieħu sehem f’referendum abroggativ dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

L-istqarrija tgħid ukoll li t-tħassir ta’ l-elezzjonijiet ‘ifisser ukoll li l-emendi riċenti dwar il-vot mas-16 ser jitilfu mis-sinifikat tagħhom’.

Birdlife Malta akkużat lil gvern b’mossa oħra fost sensiela ta’ mossi biex jingħoġob mill-kaċċaturi.