Il-Prim Ministru tal-Polonja Donald Tusk ser ikun il-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew biex b’hekk ser ikun is-suċċessur tal-Belġjan Herman Van Rompuy. Tusk, li fil-preżent huwa l-Prim Ministru Ċentru-Lemini tal-Polonja, f’kumment umoristiku qal li jrid jibda jaħdem fuq il-ħiliet lingwistiċi tiegħu hekk kif huwa magħruf li ftit li xejn jaf jitkellem bl-Ingliż u bil-Franċiż.
Minn naħa l-oħra l-kariga ta’ Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija ta’ l-Unjoni Ewropea li fil-preżent hija okkupata mill-Ingliża Catherine Ashton issa ser tkun kariga okkupata mit-Taljana Federica Mogherini. Mogherini, li ġejja minn partit ċentru-xellugi fl-Italja, fil-preżent hija l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin fil-gvern ta’ Renzi.
Bosta osservaturi politiċi faħru dawn iż-żewġ għażliet bħala għażliet li jabbinaw ġenerazzjoni ġdida ta’ politiċi flimkien ma’ esperjenza filwaqt li tgħati attenzjoni mistħoqqa kemm lill-lvant ta’ l-Ewropa kif ukoll ix-xlokk.
//= $special ?>