Internazzjonali

Għajnuna mill-Istati Uniti għal dawk assedjati fil-belt ta’ Amerli

L-Istati Uniti qed tagħti għajnuna umanitarja mill-ajru lil komunitajiet li qegħdin assedjati fil-belt ta’ Amerli, fl-Iraq.

Skont il-Pentagon, mal-15-il elf membru tal-grupp tax-Xiti f’din il-belt ġew assedjati mill-militanti tal-Istat Izlamiku. Sitwazzjoni li issa ilha għaddejja għal xahrejn. Anke l-Ingilterra, Franza u l-Awstralja ingħaqdu mal-forzi Amerikani biex iwasslu l-għajnuna umanitarja lil dawk in-nies li qegħdin f’sitwazzjoni ddisprata.

Il-Forzi tal-ajru tal-Istati Uniti attakkat wkoll żoni li fihom hemm stazjonati l-millitanti tal-Istat Iżlamiku. Intant fl-aħħar siegħat rapporti saħqu li truppi Iraqini kienu jinstabu fil-belt ta’ Amerli f’dak li jidher li hija telfa għal militanti Iżlamiċi.