Internazzjonali

Il-Ġellieda Ingliżi ser jiġu miżmuma milli jirritornaw

Il-gvern Ingliż huwa mistenni jħarrax il-politika tiegħu fil-konfront ta’ ġellieda militanti fl-Iraq u s-Sirja, mwielda fir-Renju Unit u b’hekk ċittadini tar-Renju Unit. Politika li issa mistennija tara lil dawn il-ġellieda jiġu miżmuma milli jirritornaw fir-Renju Unit iżda bid-dritt li jżommu iċ-ċittadinanza Ingliża.

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron huwa mistenni jħabbar numru sħiħ ta’ miżuri, għada meta jitkellem fil-Parlament Ingliż. Cameron mistenni jsaħaħ ukoll miżuri eżistenti magħrufa bħala Tpims. Minn naħa l-oħra l-Liberal Demokratiċi li jinstabu f’koalizzjoni ma’ Cameron qalu li huma jaqblu biss ma’ deċiżjonijiet meħuda bil-kalma, fuq bażi ta’ evidenza u li jirrispettaw il-liberta’ taċ-ċittadini Ingliżi.