Bhala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Festi tal-Indipendenza dalgħodu ttellgħet kompetizzjoni taż-żwiemel organizzata quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u koordinata minn George Cortis. Numru ta’ dilettanti taż-żwiemel attendew għal din l-attivita.
Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal kategoriji differenti taż-żwiemel. Fi tmiem l-attivita, l-Assistant Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikultura u s-Sajd Ċensu Galea qassmu l-premijijiet lir-rebbieħa.
//= $special ?>