Ir-rigal li l-gvern Laburista ta’ lil Partit Laburista fil-forma tal-Australia Hall jidher li ħalla l-frott għal Partit Laburista.
Storja fil-ħarġa ta’ The Sunday Times bit-titlu ‘PL Sells Australia Hall to settle debts, keeps Raffles‘ tiżvela kif il-Partit Laburista bih l-Australia Hall sabiex ikun jista’ jħallas dejn li ilu snin jakkumula.
Dan il-bejgħ kien possibli biss wara li l-gvern Laburista waqqa kawża kontra l-Partit Laburista f’Ottubru 2013, ftit xhur wara r-rebħa Laburista fl-elezzjoni ġenerali, sabiex b’hekk effetivament ta’ din il-propjeta’ b’rigal.
The Sunday Times tiżvela kif il-bejgħ sar lill-kumpanija A.H. Development Limited li hija propjeta’ ta’ l-istess sidien ta’ Tamarac Limited. F’dan il-ftehim il-Partit Laburista ħallas id-dejn li kellu dwar għamara li xtara għaċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, ħeles dejn ieħor li jabeż il-kwart ta’ miljun Ewro kif ukoll akkwista lura d-drittijiet fuq is-sit magħruf bħala r-Raffles Disco, sit li The Sunday Times ddeskrivi bħala l-aktar propjeta’ għalja li għandu l-Partit Laburista f’St. Andrews.
L-istess storja tiżvela wkoll kif numru ta’ kawżi li kien hemm bejn il-Partit Laburista u Tamarac Limited issa ġew mwaqqa.
Għadu mhux magħruf x’ser isir mis-sit tal-Australia Hall issa li dan is-sit mar f’idejn sidien ġodda. Is-sit s’issa huwa skedat bl-iżvilupp għalhekk s’issa ikun ristrett.
//= $special ?>
