Wiktor Edmund Depta,Pollakk ta’ 31 sena ġie kkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena wara li tefa’ mara Russa l-baħar. Depta, li jaħdem bħala “computer software developer” u li joqgħod San Ġiljan kien ma sħabu f’San Ġiljan stess u meta qabduh jagħmel ċajta li jitfa’ l-baħar tfajla jew mara li tkun miexja.
Kien għall-ħabta tal-9.45 p.m. tas-Sibt meta minn ħdejhom għaddiet mara u hekk kif raha Depta xeħħitha l-baħar. Din fuqha kellha wkoll telefon ċellulari li wara ma baqax jaħdem.
Depta kien mixli li għamel ħsara fi propjetà ta’ ħaddieħor u li kkaġuna biża’ lil mara. Huwa ma riedx avukat jiddefendih u kif beda’ l-każ quddiem il-Maġistrat Anthony Vella, dan staqsih jekk kienx jaf fuq xhiex qed ikun akkużat.
Hekk kif huwa qara l-akkuża qal li din kienet wisq iebsa u ma riedx jammetti għall-akkużi, anke jekk ammetta li kenet ċajta goffa.
Huwa qal li se jħallas t-telefon ċellulari u li ma ried iweġġa’ lil ħadd u li ddispjaċih ta’ dak li għamel. Ftit tal-ħin wara Depta ammetta l-akkuża kontrih. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>

