Tradizzjoni li tmur lura 31 sena.
Hekk kif f’pajjiżna fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu qed ifakkar il-festa ta’ San Ġiljan, il-qaddis patrun tal-kaċċaturi Maltin, numru ta’ kaċċaturi minn San Ġiljan u oħrajn minn inħawi oħrajn ta’ Malta sellmu lill-istatwa titolari ta’ San Ġiljan billi taw salut lill-istatwa tal-Qaddis patrun tagħhom. Il-festa ta’ San Ġiljan qed tkun iċċelebrata lejlet il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa.
L-iskrataċ in bjank li se jkunu sparati ġew ipprovduti mill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti li tajru wkoll numru sostanzjali ta’ gamiem imrobbija fil-magħluq bħala ġest ta’ konservazzjoni.
Din l-esperjenza unika hija magħġuna fi tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ. Tant hu hekk li l-kelma musketterija ġejja mill-kelma Taljana ‘Moschetto’ li tfisser xkubetta. Fil-fatt fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, is-suldati tal-ordni kienu jisparaw il-Moschetto bħala salut waqt il-festa ta’ Corpus Christi. Illum din it-tradizzjoni hija karatteristika marbuta biss mal-Parroċċa ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>