Kummerċ Lokali

Sospiżi ż-żidiet fit-tariffi tal-Valletta Gateway Terminals

Fi stqarrija il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura ħabbar li wara laqgħa li saret bejn il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, iċ-Ċermen ta’ Transport Malta James Piscopo u uffiċjali ta’ Transport Malta mal-maniġment tal-Valletta Gateway Terminals, intlaħaq ftehim li jiġu sospiżi ż-żidiet fit-tariffi li kellhom jidħlu fis-seħħ minn għada.

Matul il-laqgħa, ġie maqbul li ż-żidiet ma jidħlux fis-seħħ sakemm jitkomplew id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat, bl-iskop aħħari li jintlaħaq ftehim biex ma jogħlewx l-ispejjeż.