Internazzjonali

Tensjoni f’Hong Kong wara deċiżjoni kontroversjali tal-gvern Ċiniż

Deċiżjoni tal-gvern Ċiniż mhux mistennija tinżel tajjeb ma’ bostaq f’Hong Kong hekk kif ġie deċiż li l-għażla ta’ kandidati fl-elezzjoni ta’ mexxej ta’ Hong Kong fis-sena 2017 tkun limitata għal dawk il-kandidati magħżula minn kumitat ċentrali.

Deċiżjoni li b’hekk mistennija tara l-kandidati jkunu kollha politiċi magħrufa sew għas-simpatija tagħhom lejn il-gvern Kommunista ta’ Beijing.

Il-Hong Kong tifforma parti miċ-Ċina iżda għandha sitwazzjoni speċjali bis-sistema hekk msejħa ta’ Ċina Waħda, Żewġ Sistemi fejn f’Hong Kong suppost għandha tirrenja d-demokrazija.

Il-moviment Occupy Central diġa ħabbar li kien ser jagħmel bosta protesti b’rabta ma’ dawn l-aħħar żviluppi deskritti bħala daqqa ta’ ħarta għal liberta’.