L-Unjoni Ewropea tgħat ultimatum ta’ ġimgħa lir-Russja biex tibdel il-politika tagħha dwar l-Ukrajna nkella tiffaċja numru ta’ sanzzjonijiet ġodda bil-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy jgħid li l-Unjoni Ewropea kienet qegħda taħdem fuq dawn is-sanzzjonijiet b’urġenza.
Minn naħa tiegħu l-President Ukren saħaq li l-pajjiż kien viċin gwerra miftuħa kontra r-Russja hekk kif rapporti komplew jindikaw presenza militari Russa fl-Ukrajna.
It-ton iebes ta’ l-Unjoni Ewropea fil-konfront tar-Russja sab l-appoġġ tal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel u l-President Franċiż Francois Hollande li saħaq li ma hemmx żmien x’jinħela bir-riskju tal-gwerra dejjem jikber.
Il-Kelliem tal-White House għas-sigurta nazzjonali Caitlin Hayden minn naħa tagħha laqgħat b’mod posittiv l-aħħar mossi ta’ l-Unjoni Ewropea fid-dawl ta’ l-aggressjoni Russa. Aggressjoni li l-gvern ta’ Moska qiegħed ikompli jiċħad.
Minn naħa tiegħu l-President Russu Vladimir Putin qal li għandhom jibdew taħdidiet dwar il-futur tal-lvant tal-Ukrajna inkluż dwar il-possibilita’ li l-lvant tal-Ukrajna jsir pajjiż separat minn dak gvernat mill-gvern f’Kiev.
//= $special ?>