Żewġt irġiel u mara tqila ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li kellhom fil-pusses tagħhom ammonti ta’ droga eroina u kokaina, f’ċirkostanzi li juru li ma kienitx għal użu esklussiv tagħhom.
Rosario Cortis ta’ 31sena minn Ħal-Qormi u Carmel Muscat ta’ 40 sena, mis-Siġġiewi wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000.
Minn naħa tagħha Erika Vella ta’ 27 sena mill-Gżira, ingħatat il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Hija kienet mixlija wkoll li kellha fil-pusses tagħha d-droga kannabis.
Carmel Muscat ġie mixli wkoll li sar reċidiv. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-irġiel filwaqt li għal Vella deheret l-Avukat Kathleen Grima. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Micallef mit-Taqsima Kontra d-Droga.
//= $special ?>
