Futbol Sport

Aidan Friggieri viċin li jiffirma ma’ Lazio

Hu imminenti li l-midfielder internazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena u ta’ Sliema Wanderers Aidan Friggieri jiffirma ma’ Lazio, klabb tas-Serie A fl-Italja, fis-sigħat li ġejjin.

Ħabbar dan il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101.

Perry kompla li l-interess minn naħa ta’ Lazio hu wieħed kbir ħafna u għalhekk anke’ ċ-ċans li jingħaqad ma’ dan il-klabb hu kbir.

Fil-ġimgħat li għaddew Friggieri kien bi prova mat-tim taż-żgħar ta’ Lazio u fl-aħħar xhur għalih kien hemm interess minn diversi klabbs barranin, fosthom klabbs ohra fl-Italja.