Sport Sport Ieħor

Balzan jgħelbu lil Kobenhavn fit-Tazza tal-UEFA tal-Futsal

Il-potenzjal ta’ Dobre u Raducu fix-xena tal-Futsal flimkien ma’ t-tliet Rumeni l-oħra Tony Safar, Andrea Dan u Adrian Panzaru kien evidenti fir-rebħa taċ-Champions Maltin tal-Futsal Balzan kontra Kobenhavn fit-Tazza tal-UEFA tal-Futsal.

Tony Safar u Adrian Panzaru bl-esperjenza tagħhom għenu fir-rebħa ta’ 5 – 3 li mmaturat b’sistema li pprepara Dobre.

Safar skorja żewġ goals iżda kien determinanti f’kull azzjoni . Panzaru min naħa tiegħu kien dejjem fl-azzjoni b’ assists perfetti .

Kopenhagen Champions Daniżi ma kienux fil-livell ta’ Alumnus iżda xejn ma jnaqqas mill-mertu ta’ din ir-rebħa li tat garanzija lil Balzan li jispiċċaw it-tieni post fi Grupp F ta’ din il-fażi preliminari.

Emil Raducu fetaħ l-iscore wara erba’ minuta minn azzjoni ta Dobre u wara goal mill-isbaħ ta’ Tony Safar minn corner ta’ Raducu. Balzan kellhom żewġ okażżjonijiet oħra fejn setgħu kabbru l-iscore iżda Marev u Dan fallew rispettivament meta salva l-goalkeeepr Grauland.

It-3-0 wasal minn xutt b’saħħtu ta’ Dobre . Ma dan il-vantaġġ daħlu jilgħabu Glenn Bonello, Carlos Scicluna, Boycho Marev u Andre Dan .

Fit-tieni taqsima Dobre daħħal jilgħab lil Farrugia flok il-goalkeeper Xerxen bil-goalkeper ta’ Gudja FC Farrugia wettaq żewġ saves tajbin ukoll meta d-Daniżi kienu fuq l-offensiva.

Fi-tieni taqsima Balzan għalqu l-logħba permezz ta’ goal ta’ Safar minn kontrattakk u Dan li għamel l-iskor 5 – 0.

Kopenhagen naqqsu l-iskor b’żewġ gowls ta’ Clikfford u Caridad.

Skor finali – Balzan 5 Kopenhagen 3