Internazzjonali Saħħa

L-ewwel każijiet tal-Ebola fl-Unjoni Ewropea

Hemm possibbilta li fl-Iżvezja hemm l-ewwel każ fl-Unjoni Ewropea tal-marda tal-Ebola. Dan wara li raġel li daħal fil-pajjiż minn wieħed mill-ħames pajjiżi Afrikani fejn hemm kriżi bl-Ebola żviluppa sintomi tal-marda.

Hu tpoġġa f’taqsima speċjali ta’ sptar f’Stokkolma sakemm ikun magħruf x’għandu. Hemm ukoll każ simili f’Malaga fi Spanja b’raġel Niġerjan.