Tensjoni ma tbatti xejn fil-Lvant Nofsani hekk kif Iżrael niżżel drone li kienet qed ttir fuq l-Għoljiet tal-Golan tul il-fruntiera mas-Sirja. Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm ġlied qalil bejn ribelli u truppi Sirjani tul il-fruntiera Sirjana ma’ Iżrael fil-Golan.
Sadanittant 75 suldat Filippin mal-forza għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Golan, irnexxielhom jaħarbu wara li kienu spiċċaw assedjati fil-bażi tagħhom minn militanti Islamiċi. Iżda għad hemm 44 suldat minn Fiji fil-forza tan-NU li għadhom priġuniera tal-militanti.
//= $special ?>