Edukazzjoni Lokali

L-Universita’ bla dawl waqt li l-istudenti qed jagħmlu r-resits

Università ta' Malta

Dalgħodu, l-Universita’ ta’ Malta spiċċat mingħajr dawl. Iżda minkejja li nxtegħlu il-generators biex forsi jpattu għan-nuqqas fil-provista, dan ma kienx biżżejjed biex jissuplixxi l-elettriku lil Universita’ kollha, tant li bhalissa s-swali tal-Universita’ jinsabu mingħajr arja kundizzjonata.

U dan meta bħalissa mijiet ta’ studenti qed jagħmlu r-resits, f’temperaturi sajfin.

Każ simili, fejn studenti kellhom jagħmlu eżami resit fi sħana esaġerata kien dak ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda, f’laboratorju tal-Junior College. F’dan l-inċident, żewġ studenti kien ħasshom ħass ħażin waqt li l-inviġilaturi kellhom iqassmu l-ilma kiesaħ lil dawk kollha preżenti, biex itaffulhom ftit mis-sħana.

Iktar dettalji dwar dan l-inċident: http://maltarightnow.com/news/2014/08/30/ihosshom-hass-hazin-waqt-ir-resits-minhabba-s-shana/

Intant, anke Buġibba u San Pawl il-Baħar bħalissa jinsabu bla dawl. Ir-raġuni wara dan il-qtugħ fil-provista għadha mhix magħrufa.