Internazzjonali

Militanti Islamiċi jagħmlu ħerba sħiħa fil-kapitali Libjana

Il-Gvern Libjan bażat f’Tobruk qal li l-ministeri u uffiċini oħra tal-Gvern fil-kapitali Tripli huma ħerba sħiħa. Dan wara li daħlu fihom il-militanti Islamiċi. Barraminhekk uffiċjali għolja li baqgħu Tripli qed ikunu mhedda u xi wħud minnhom kellhom id-dar attakkata.

Sadattant L-Ambaxxata Amerikana fi Tripli wkoll tidher li spiċċat f’idejn il-militanti b’videos fuq Youtube juru l-militanti jaqbżu fil-pixxina tal-ambaxxata kif jidher ukoll fir-ritratt.

Fi żvilupp ieħor, hekk kif fit-Tuneżija se ssir l-elezzjoni, il-Gvern qed issaħħaħ is-sigurta minħabba biża ta’ attakki terroristiċi