Kien hemm ftit diplomazija fit-telefonata li kellu l-President Russu Putin ma Jose Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li Putin wissa li jekk irid, kapaċi jieħu l-kontroll ta’ Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna, f’ġimgħatejn.
Dan hekk kif l-Ukrajna wissiet li kienet f’xifer gwerra u li l-Ewropa temmen li jekk dan iseħħ, il-gwerra thezzez ‘il-kontinent kollu.