Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt ta’ Lawrence Darmanin

Illum tħabbret il-mewt ta’ Lawrence Darmanin libir-raġun jibqa mejus bħala wieħed mill-pijunieri fil-qasam tal-Air Rifle f’pajjiżna.

Darmanin kellu 56 sena fejn huwa rrappreżenta lil Malta f’bosta edizzjonijiet tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fosthom fl-edizzjoni tal-2003 li kienet saret hawn Malta filwaqt li fl-edizzjonijiet ta’ wara fosthom f’dik tal-2009 f’Ċipru għamel parti mill-kontinġent Malti bil-qofol ikun fil-preparazzjoni ta’ Eleonor Bezzina fl-ewwel medalja tad-deheb miksuba minn Malta f’dan l-isport fl-2013 fil-Lussemburgu.

Lawrence Darmanin kien kiseb il-kwalifiki kollha sabiex ikabbar is-settur tal-coaching tal-Air Rifle f’Malta fejn fi ħdan il-Federazzjoni Maltija tal-Isparar f’dawn l-aħħar snin kabbar bil-bosta dan is-settur.

Qabel beda l-isport tal-Air Rifle, Lawrence Darmanin fis-snin 70 kien wkoll player tal-football fi ħdan Msida St. Joseph apparti li kien attiv f’għadd ta’ sport ieħor.

Fi stqarrija l-Federazzjoni Maltija tal-isparar iddeskriviet lil Darmanin bħala l-pijunier fl-isport tal-Air Rifle u li kien ta’ isprirazzjioni u motivazzjoni għal bosta li jħobbu dan l-isport. Anke l-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem għall-isports Robert Cutajar sellem lill-memorja ta’ Lawrence Darmanin.