Tliet Bulgari ammettew quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli mmolestaw diversi persuni fejn bdew jittalbu għall-karita’. Huma kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien 12-xahar wara li wieġbu li huma ħatja li f’dawn l-aħħar jiem dehru jittallbu fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Huma ammettew li “għexu ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ u f’post pubbliku mmolestaw lin-nies biex jitolbu l-karità”. Kirana Ivanova ta’ 61 sena, Ivan Borisov ta’ 29 sena, u Genoveva Dineva ta’ 31 sena – ammettew l-akkużi kollha miġjubin kontrihom.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Daryl Borg, qal li l-Bulgari ma kinux jafu li f’Malta huwa kontra l-liġi li ttittallab. Qal ukoll li huma talbu skuża għal dak li għamlu u li kienu se jmorru lura lejn pajjiżhom fil-jiem li ġejjin. Il-Bulgari kienu ilhom jittallbu ‘l fuq minn tliet ijiem u l-Pulizija rċevew diversi rapporti minn Maltin u turisti dwarhom.
//= $special ?>
