IL-KRIŻI TAL-UKRAJNA: Il-kriżi fir-relazzjonijiet tar-Russja mal-Istati Uniti u n-NATO mistennija tkun riflessa fi strateġija militari aġġornata min-naħa ta’ Moska.
Dan waqt li kompla l-ġlied bejn il-qawwiet tal-Ukrajna u r-ribelli separatisti fl-artijiet Ukreni tal-Lvant u b’Moska qed tevalwa l-pożizzjoni mill-ġdid, b’għajn waħda fuq il-preżenza tan-NATO fl-Ewropa tal-Lvant.
In-NATO qalet li għandha żżid il-preżenza tagħha fl-artijiet Ewropej tal-Lvant biex tipproteġi lill-membri tagħha, u b’Mikhail Popov, konsulent ewlieni għall-Kremlin jesiġi l-bidliet li għandhom isiru fid-‘duttrina’ militari tar-Russja.
Il-Ministeru tad-Difiża tal-Ukrajna akkuża lir-Russja b’li qed tħejji għal ‘gwerra kbira’ li tista’ ssarraf f’għexieren ta’ eluf ta’ mejtin. Madankollu, r-Russja qed tiċħad għal dan minbarra li tirrifjuta li hi qed tappoġġja b’mod attiv lis-separatisti fl-Ukrajna.
Min-naħa tiegħu, Mikhail Popov, qal li l-infrastruttura militari tal-pajjiżi tan-NATO qed tavviċina l-fruntieri tar-Russja u li l-azzjoni li qed tippjana n-NATO ‘tindika x-xewqa tal-Mexxejja ta’ din l-Alleanza u tal-Istati Uniti biex ikomplu bil-politika maħsuba li tiggrava t-tensjoni mar-Russja’.
Il-Mexxejja f’Moska lanqas ma jidhru impressjonati bl-ispjegazzjoni tan-NATO li ‘m’għandhiex ikollha l-bażijiet ġodda u permanenti qrib il-fruntieri tar-Russja'< bl-Alleanza tal-Punent qed taħseb ukoll dwar ‘aktar eżerċizzji’ fiz-zoni delikati.
Fl-istess ħin, żdiedu d-domandi dwar sa fejn ir-Russja lesta tasal biex tinfluwenza l-ġlied bejn il-qawwiet ta’ Kiev u s-separatisti fir-reġjuni tal-Ukrajna.
//= $special ?>