Futbol Sport

Cleverley misluf lil A. Villa

TRASFERIMENTI: Manchester United laħqu ftehim biex taw b’self sa tmiem l-istaġun lil Tom Cleverley lil Aston Villa.

Il-Premier League aċċetta dan it-trasferiment wara li n-negozjati kienu fi stadju avanzat meta għalaq is-suq. Cleverley għandu klawsola li jista’ jirritorna f’Old Trafford f’Jannar jekk Villa ma jixtruhx.

Barra dan Danny Welbeck ingħaqad mar-rivali Arsenal għal £16 miljuni waqt li Alvaro Negredo telaq lil Manchester City u mar b’self sa tmiem l-istaġun ma’ Valencia fi Spanja.

Everton ikkonfermaw l-akkwist b’self tal-Belġjan ta’ 18-il sena David Henen mingħand Olympiakos u Niko Kranjcar se jerġa’ jkun misluf lil QPR wara li reġa’ ffirma mal-klabb minn Londra mingħand Dynamo Kiev.

L-internazzjonali Irlandiż Kevin Doyle kien misluf lil Crystal Palace mingħand Wolves.