Lokali

Filmat: Ix-xarabank bla “steering” u x-xufier sospiż

Fil-mezzi soċjali qed idur filmat ta’ karozza tal-linja Maltija waqt wahda mir-rotot, izda waqt li tal-linja kienet mixja, f’hin minnhom l-isteering ta’ tal-linja jinqala minn postu.

Fil-filmat l-isteering jidher se jinqala, bix-xufier jipprova jzommu milli jinqala. Izda f’hin minnhom l-isteering inqala minn postu u x-xufier jidher sahansitra jxejjer l-isteering.

B’dan il-filmat hemm min tbissem u hemm min bir-ragun inkwieta ruhu dwar l-istat tal-karozzi tal-linji li ghandna f’Malta.

Filfatt, b’reazzjoni għal dan il-filmat, Transport Malta fi stqarrija qalet li kemm ix-xufier kif ukoll il-vettura ġew sospiżi mis-servizz mal-Awtorita’ tat-Trasport Pubbliku waqt li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Transport Malta qalet ukoll li l-vettura se tiġi spezzjonata, filwaqt li esprimiet it-tħassib tagħha għal dan l-inċident, b’kundanna għal dak li fi kliemha kien “aġir irresponsabbli” li poġġa l-passiġġieri f’riskju.