L-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano se jkun qed imexxi l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, filwaqt li l-Maġistrat Emeritu Joseph Apapa Bologna u l-avukat Yana Micallef Stafrace qed jiġu proposti bħala membri.
Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni waqfet ħidmieta f’Novembru li għadda, hekk kif intemm it-terminu tal-Kummissjoni preċedenti.
Il-Kummissjoni kienet imwaqqfa fi tmiem l-1980, bl-għan li tinvestiga lmenti dwar korruzzjoni fis-settur pubbliku.
//= $special ?>

