F’laqgħa li saret bejn il-il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, uffiċjali tal-Ministeru, uffiċjali tal-Malta Union of Teachers, u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija s-Sur Ray Zammit, ġie diskuss it-tħassib li jeżisti fost il-persuni li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni u fost it-tfal dwar x’għandu jsir f’każi ta’ persuni li jiġu akkużati b’abbużi fuq it-tfal.
Kien hemm qbil li għandu jkun hemm protezzjoni sħiħa tat-tfal u fl-istess waqt ħarsien tad-drittijiet tal-persuni kollha involuti fil-mod kif jiġi trattat il-każ.
Stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol tgħid li ntlaħaq qbil li fil-jiem li ġejjin l-MUT jiltaqgħu flimkien mal-Ministri għall-Edukazzjoni, għall-Intern u għall-Ġustizzja biex jaraw x’għandu jsir biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet delikati.
//= $special ?>