Kunsilli Lokali Lokali

L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għandhom isiru fi żmienhom – The Times

L-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għandhom isiru fi żmienhom – jiġifieri f’Marzu li ġej.

Din hija l-opinjoni espressa fl-editorjal tat-Tlieta tal-ġurnal ‘The Times of Malta’, fejn l-editur jagħti ħarsa lejn din il-kontroversja li ħoloq il-Gvern Laburista stess.

L-editorjal tat-Times jgħid li t-tliet ragunijiet li ġab il-Prim Ministru Joseph Muscat biex iħassar l-appuntament elettorali tas-sena d-diehħla, huma kollha raġunijiet mingħajr argument sod.

L-iskużi ta’ Muscat kienu n-nefqa, l-għejja politika minħabba elezzjonijiet frekwenti, u biex jiżdied it-‘turnout’.

Dwar in-nefqa għal din l-elezzjoni, l-editur tat-Times jghid li Muscat aħjar jibda mill-Kabinett tiegħu biex inaqqas in-nefqa pubblika – Kabinett li qed jiswa kważi €9 miljun iżjed fis-sena.

L-editorjal jgħid ukoll illi huwa stramb ħafna kif il-Gvern Laburista propona din il-mossa, meta suppost kellu jimbotta ‘l quddiem il-vot taż-żgħażagħ ta’ 16-il sena.