L-Istati Uniti għadha kif wettqet ħidma militari kontra militanti al-Shabab fis-Somalja. Il-Pentagon qed janalizza r-riżultati tal-missjoni li saret nhar it-Tnejn qabel ma jinħarġu aktar dettalji.
Madankollu uffiċjal Amerikan, li ġie kkwotat mill-media Amerikana, qal li wieħed mill-militanti ewlenin inqatel fil-ġlied.
Il-grupp assoċjat ma’ al-Qaeda tilef il-kontroll ta’ Mogadishu, u l-belt kapitali tas-Somalja ilha mmexxija mill-Unjoni Afrikana sa mill-2011. Iżda l-militanti al-Shabab għadhom jikkontrollaw zoni fin-nofsinhar u fiċ-ċentru tas-Somalja.
L-azzjoni Amerikana seħħet wara li ribelli al-Shabab attakkaw ċentru ta’ detenzjoni f’Mogadishu nhar il-Ħadd, f’dak li jidher li kien sforz biex jinħelsu aktar militanti li kienu miżmuma.
Uffiċjali Somali qalu li fl-assalt Amerikan, inqatlu l-militanti kollha kif ukoll tliet suldati tal-gvern Somalu u żewġ persuni ċivili.
//= $special ?>