Futbol Sport

L-U17 ta’ Balzan b’esperjenza fi Sqallija

L-Under 17s ta’ Balzan FC waslu lura f’pajjiżna wara esperjenza mill-aqwa f’kamp ta’ taħriġ li sar f’Licata, fi Sqallija.

Iż-żgħażagħ Maltin kellhom logħob ta’ ħbiberija kontra Gattopardo, Santa Sofia kif ukoll kontra t-tim ewlieni ta’ Licata Calcio fejn anke kisbu riżultat prestiġjuż ta’ 2-2.

Il-kontinġent ta’ Balzan FC kien iffurmat minn 19-il plejer immexxija mill-kowċ Ryan Newell, il-kowċ tal-gowlkipers Frances Grech u d-Direttur Tekniku l-ġdid tal-klabb Ludvic Bartolo.