Internazzjonali

Ritratti intimi ta’ ċelebritajiet jinsterqu u jidhru fuq l-internet

Il-Federal Bureau of Investigations (FBI) qed jinvestiga diversi ritratti intimi ta’ atturi u kantanti li nsterqu u qed jixxandru fuq l-internet.

Madwar 20 personalita’, fosthom l-attriċi Amerikana Jennifer Lawrence, intlaqtu minn dan il-hacking.

Hu mifhum li wħud mir-ritratti nkisbu minn servizzi bħal Apple iCloud li ssaħħaħ il-kontenut minn apparat elettroniku għal fuq l-internet. Il-kumpanija Apple qalet li qed tinvestiga jekk kontijiet ta’ iCloud kinux hacked.
L-attriċi Jennifer Lawrence, li ħadmet fil-films The Hunger Games, talbet investigazzjoni wara li hacker milli jidher irnexxielu jikseb ritratti tagħha f’pożi erotiċi, mill-mowbajls ta’ diversi ċelebritajiet.

Kelliema għall-attriċi qalet li l-posts fuq l-internet kienu totalment vjolazzjoni tal-privatezza.