WATERPOLO
Minn Stewart Said
San Ġiljan Allcare…..8
Sliema Frank Salt……16
(2-2),(2-4),(4-6),(0-4)
Sliema aċċertaw mit-tieni post meta f’partita milgħuba quddiem ftit partitarji għelbu lil San Ġiljan Allcare 16-8. Komplessivament kienet wirja tajba għal Sliema li sfruttaw l-indeċiżjonijiet ta’ San Ġiljan.
Għall-Ġiljaniżi din kienet l-aħħar partita tagħhom f’kampjonat li fih iddiżappuntaw meta kien mistenni li jisfidaw għar-rebħ tal-unur bħall-istaġun li għadda. Iżda batew fil-konfronti diretti u nqatgħu mit-tiġrija kmieni wisq.
Dino Zammit wieġeb darbtejn għall-gowls ta’ Antonio Petkovic u l-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2.
Is-Slimiżi marru żewġ gowls vantaġġ fit-tieni sessjoni, liema vantaġġ kabbruh għal erba’ gowls, b’Petkovic jibrilla b’poker u jiskorja f’mumenti meta San Ġiljan dehru li rkupraw.
Sliema għalqu definittivament il-partita fl-aħħar sessjoni bi tripletta ta’ Gabarretta u gowl ta’ Borg biex issa jippruvaw jispiċċaw l-istaġun fuq nota pożittiva fl-aħħar partita kontra Neptunes nhar is-Sibt.
San Ġiljan> D. Camilleri, Da. Zammit, A. Galea (1), B. Plumpton, K. Dowling (1), M. Zammit (1), A.Radovic, A. Bianchi, Ke. Galea, Z. Kovacic (1), P. Fava, D. Zammit (4), F. Sciberras
Sliema> R. Coleiro, J. Gabarretta (4), N. Lubrano, T. Sullivan, M. Meli (1), J. Soler, J. Borg, C. Cluett (1), J. Brownrigg (1), N. Bugelli, I. Basara (1), A. Petkovic (7), K. Schembri
Referees> Alex DeRaffaele, Filippo Gomez
Exiles Ferretti…………..19
Marsascala MOR€…….14
(5-2),(4-2),(4-3),(6-7)
Exiles Ferretti rebħu l-ewwel playoff minn possiblita` ta’ tlieta meta għelbu liċ-Champions tal-Ewwel Diviżjoni Marsascala MOR€ 19-14 u għamlu pass importanti li jikkonfermaw posthom fil-Premier. Il-partita kienet kwieta b’Exiles jieħdu vantaġġ kmieni u baqgħu jamministrawh sat-tmiem.
Fit-tieni sessjoni Exiles kellhom vantaġġ komdu ta’ ħames gowls u għalqu l-partita fit-tielet sessjoni b’Marsascala jonqsu milli jagħmlu reazzjoni denja. Bil-partita deċiża, l-aħħar sessjoni kienet miftuħa tant li ġew skorjati 13-il gowl b’Marsascala jirbħu s-sessjoni iżda ma kienx biżżejjed biex Exiles rebħu 19-14.
Exiles> I. Bugeja, J. Rizzo Naudi (1), S. Vassallo, D. Pace Lupi (4), G. Katonas (2), D. Borg, J. Spiteri Staines (4), K. Griscti (2), L. Sekulic, P. Borg (5), B. Lanzon, S. Galea Pace, K. Lanzon (1)
Marsascala> D. Spiteri, J.C. Cutajar (4), S. Mora (2), C. Bonello, E. Meli (2), L. Grixti, M. Pace, J. Cremona, S. Micallef, C. Mifsud (2), D. Cassar, G. Marnitz (4), J. Cremona
Referees> Massimo Angileri, Mario Bianchi


