Lokali Saħħa

Filmat: Talba mill-PN biex il-Kumitat dwar is-Saħħa jitlaqqa’ b’urġenza

Aġġornata bil-kummenti tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Claudio Grech

Il-Partit Nazzjonalista se jitlob lil Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa biex jiltaqa b’mod urġenti u jiddiskuti l-allegazzjonijiet li saru dwar il-binja tad-dipartiment ta’ l-emerġenza fl-isptar Mater Dei.

Dan qalu l-kelliem għall-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa, Claudio Grech waqt żjara li kien qed jagħmel fid-Dar Kenn għal Saħħtek fl-Mtarfa.

Claudio Grech qal li l-Partit Nazzjonalistra qed jagħmel dan għaliex jemmen li jekk dak li ntqal huwa minnu, il-pazjenti qraba u l-ħaddiema ta’ l-isptar jistgħu ikunu f’periklu.