Spanja rritornat 691 oġġett indiġenu prezzjuż lill-Kolombja wara li nħatfu f’operazzjoni tal-Pulizija 11-il sena ilu. Ħafna mill-oġġetti taċ-ċeramika huma ta’ valur kulturali u arkejoloġiku kbir u jmorru lura għal 1400 Qabel Kristu.
L-oġġetti prezzjużi nħarġu mill-Amerika t’Isfel, bil-kutrabandu, minn raġel li kellu rabtiet ma’ gruppi li jitraffikaw id-droga.
Wara ordni tal-Qorti fi Spanja f’Ġunju, l-oġġetti issa ngħataw lura f’idejn l-awtoritajiet Kolombjani u twasslu lura f’Bogota. Dawn tpoġġew fil-Mużew tal-Amerika f’Madrid waqt li kienet għaddejja l-battalja legali twila.
//= $special ?>