Internazzjonali

Tfeġġ l-epidemija ‘dengue fever’ fil-Ġappun wara 70 sena

Il-Ġappun qed jikkonfronta l-ewwel mewġa ta’ dengue fever li feġġet wara kważi 70 sena, b’talinqas 22 persuni konfermati li ntlaqtu b’din l-epidemija. L-aħħar darba li feġġet din l-epidemija fil-Ġappun kien fl-1945.
Il-Ministeru tas-Saħħa tal-Ġappun qal li l-każi kienu maħsuba li żviluppaw minn turisti li żaru Yogogi Park – post popolari li hu frekwentat minn ħafna nies.

Il-marda tropikali, li tinfirex min-nemus, tikkawża sintomi bħal deni għoli u uġigħ kbir fil-ġogi. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), każijiet severi jistgħu jeħtieġu kura fi sptar u jistgħu, xi kultant, jiżviluppaw f’kumplikazzjoni letali magħrufa bħala dengue.

L-awtoritajiet tas-saħħa Ġappuniżi jaraw każi ta’ dengue fever kull sena, l-aktar minn turisti li jlaqtuha waqt li jkunu qed jivjaġġaw lejn reġjuni tropikali. Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa qal li nemus domestiku setgħu ħadu l-virus tad-dengue mit-turisti u għaddewha lil aktar persuni.