Illum il-UHM bgħatet ittra lill- Ministru tad-Djalogu Soċjali Helena Dalli b’referenza għat-tilwima industrijali pendenti li l-unjin għandha rigward ir-rikonoxximent tagħha bħala l-union rappreżentattiva tax-xufiera mal-Malta Public Transport Services.
Dan wara li issa għaddew aktar minn xagħrejn minn mindu din il-kwistjoni qamet u s-sitwazzjoni għada kif kienet fil-bidu tas-Sajf. Il-union fil-fatt qed titlob li tingħata għarfien bħala l-union li għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema li huma eks impjegati tal-Arriva.
Fl-ittra saret ukoll referenza għall-korrispondenza tal-21 ta’ Ġunju li l-UĦM bagħtet lil Ministru responsabbli mit-Trasport, Joe Mizzi, fejn it-talba tal-union ġiet miċħuda.
Il-UĦM fi stqarrija ħabbret li qed titlob lil Ministru Dalli biex tirreferi il-każ tagħha lit-Tribunal Industrijali biex jkun deċiż mingħajr dewmin u dan fl-aħjar interess tax-xufiera li l-union għandha dritt tirrapreżenta.
//= $special ?>