15.7% tal-popolazzjoni Maltija tinsab f’riskju ta’ faqar minħabba nuqqas ta’ flus fl-idejn. Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għad-dħul finanzjarju u l-kundizzjonijiet tal-ħajja fl-2013. Meta l-istatistika uriet li d-dħul medju kien ta’ €28,379, filwaqt li dak li l-medja ta’ dak li jibqalek fil-but kien ta’ €23,498, irriżulta li 15.7% kellhom dħul anqas minn dawn iċ-ċifri medji.
Fost dawk li spiċċaw fil-kategorija b’riskju ta’ faqar, hemm 24% taż-żgħażagħ taħt it-18-il sena, kif ukoll 14.9% ta’ dawk li għandhom aktar minn 65 sena. L-istatistika tgħid li dawk li jgħixu f’residenza b’ġenitur wieħed huma aktar suġġetti għar-riskju tal-faqar. Fil-fatt, 41.9% minn dawn irriżulta li jinsabu f’dan ir-riskju. Min-naħa l-oħra, irriżultat diskrepanza f’każ ta’ residenzi li jinkludu t-tfal u dawk li ma jinkludux tfal. Filwaqt li fl-ewwel każ, ir-riskju ta’ faqar irriżulta fi 19.7%, fit-tieni każ, dan irriżulta fi 11.3%.
L-istatistika tal-NSO kompliet tgħid ukoll li aktar minn nofs dawk intervistati stqarrew li mhux il-membri kollha tal-familja jaffordjaw isiefru għal ġimgħa fis-sena. Barra minhekk, 23.3% qalu li ma jaffordjawx lanqas li jżommu d-dar tagħhom b’temperatura adegwata fix-xitwa, kif ukoll li 22.8% stqarrew li mhumiex lesti jiffaċċjaw spejjeż finanzjarji mhux mistennija.
//= $special ?>