Lokali

Il-Bord tar-Reviżuri hu pass ġdid fl-Istatut tal-PN – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said illum iltaqgħu mal-Bord tar-Reviżuri, li nħatar ftit jiem ilu mill-PN. Din hija l-ewwel laqgħa ma’ dan il-Bord, li saret fid-Dar Ġentrali tal-PN.

Il-Kap tal-PN qal li l-Bord tar-Reviżuri hu pass ġdid fl-Istatut tal-PN kif imsaħħaħ, biex ikun assigurat li l-Partit qed jitmexxa fuq linji professjonali fl-organizzazzjoni politika u anke f’dik kummerċjali. Il-PN qed jerġa’ jinbena mill-ġdid u qed jerġa’ jinbena fuq sisien sodi, sostna Simon Busuttil.

Dan il-Bord inħatar bl-iskop li jkun jista’ jissorvelja l-ħidma tal-Partit, b’mod speċifiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi u mal-ħidma operattiva. Iċ-Chairman tal-Bord ta’ Reviżuri hu Franz Wirth, filwaqt li l-membri huma Malcolm Custò, Isabelle Vella, Eugenio Privitelli u Mario Galea.